Mara mfittxija fis-Slovakkja arrestata f’Malta

Read in English.

Il-Pulizija Maltija arrestat lil mara li hija mfittxija fis-Slovakkja għal reati finanzjarji u ekonomiċi.

Il-Pulizija mit-Taqsima tal-Intelliġenza Ċentrali u l-Analiżi arrestat lill-mara ta’ 49 sena
mis-Slovakkja llum fir-residenza fejn kienet qiegħda toqgħod fil-Mellieħa.

Dan l-arrest sar wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet li minnhom irriżulta li l-mara kienet qiegħda tgħix u taħdem f’Malta.

L-arrest sar permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet Slovakki. Il-mara mistennija titressaq il-qorti fil-jiem illi ġejjin, sabiex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn is-Slovakkja.