Aġġornata: Mara mejta f’Raħal Ġdid

CMRU

Mara nstabet mejta fi Triq F. Tortell f’Raħal Ġdid kmieni dalgħodu. Jidher li għall-ħabta tas-7:00am, kien irrapurtat li hemm persuna mejta. Skont stqarrija li ħarġet il-Pulizija, il-mara għandha 35 sena u għadu mhux magħruf x’wassal għal mewtha.

Skont kelliema għall-Pulizija qal li l-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn sar il-każ. Il-maġistrat li qed tmexxi l-inkjesta ordnat li ssir awtopsja fuq il-katavru. B’rabta mal-investigazzjonijiet, il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 25 sena mill-Kosta tal-Ivorju biex jgħin fl-investigazzjoni.