Mara li kienet passiġġiera fuq mutur issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi

Mara li kienet passiġġiera fuq mutur qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija. Il-pulizija qalet li għal xi raġuni kien hemm ħabta bejn karozza li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena minnPembroke u mutur misjuq minn raġel ta’ 47 sena mill-Imġarr li flimkien miegħu kellu mara ta’ 30 sena minn Birżebbuġia.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.