Aġġornata: Ġrieħi ħfief għall-mara li ntlaqtet minn tank tal-ilma

Aġġornata 24.01.2015 8.40am
Sofriet biss ġrieħi ħfief il-mara mill-Ħamrun li lbieraħ intlaqtet minn tank tal-ilma waqt li kienet miexja fit-triq. Newsbook.com.mt huwa nfurmat li l-mara ma sofrietx ġrieħi gravi f'dan l-inċident sfortunat.

Aktar kmieni:
Mara ta’ 52 sena mill-Ħamrun kellha tittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza wara li ntlaqtet minn tank tal-ilma.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ wara nofsinhar meta t-tank waqa minn fuq bejt ta’ residenza fi Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun stess.
Jirriżulta li t-tank waqa minħabba r-riħ qawwi.
Il-kundizzjoni medika tal-mara mhix magħrufa u t-tank laqat ukoll karozza li kienet ipparkjata. 
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ. 

Ritratt: Media Police