Mara l-isptar wara li tintlaqat minn karozza

Mara ta’ 30 sena minn Ta’ Xbiex kellha tittieħed l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ f’Rue D’Argens l-Imsida għal ħabta tan-12:30pm.
Il-mara ttajret minn karozza misjuqa minn ġuvni ta’ 28 sena mir-Rabat, Għawdex.
Il-mara ttieħdet l-isptar għal kura fejn jidher li ma sofrietx ġrieħi gravi.