Mara l-isptar wara li ntlaqtet minn tank fiċ-Ċirkewwa

Mara ta' 45 sena ttieħdet l-isptar wara li ntlaqtet minn tank li waqa' minn trakk fiċ-Ċirkewwa.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20am fi Triq il-Marfa. Qalet li waqt li l-mara ta' nazzjonalità Pollakka kienet miexja meta ntlaqtet mit-tank. It-trakk li kien qed iġorr lit-tank kien qed jiġi misjuq minn raġel ta' 59 sena minn Għajnsielem.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.