Mara l-isptar wara li nqalbet bil-vettura f’Baħar iċ-Ċagħaq

Mara ta' 42 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha fi Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 pm hekk kif il-mara kienet qed issuq minn Buġibba fid-direzzjoni ta' St Andrews, tilfet il-kontroll tal-karozza u nqalbet fuq il-blat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna.