Mara l-isptar wara li nqalbet bil-karozza fl-Imġarr

Aġġornat 05:10 PM

Mara ttieħdet l-isptar wara li nqalbet bil-karozza fl-Imġarr.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat l-inċident ma’ Newsbook.com.mt. L-inċident seħħ fi Triq iż-Żebbiegħ fil-11.35am. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 22 sena mill-Mosta.

Il-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.

Kawża tal-inċident, intlaqtet ukoll karozza li kienet ipparkjata fit-triq.