Mara ssofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza fil-Marsa

Aġġornat 05:02 PM
Lerant Ferenc / Facebook

Mara tinsab l-isptar bi ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-2.35pm fi Triq Aldo Moro.

Il-mara hija Rumena ta’ 42 sena li toqgħod is-Swieqi. Hi nqalbet bil-karozza għax tilfet il-kontroll tagħha. Fl-isptar irriżulta li weġġgħet gravi.

Lerant Ferenc / Facebooksa