Teħlisha ħafif wara li ħabtet fi 3 karozzi fix-Xemxija

Aġġornat 08:14 AM

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident fix-Xemxija. Aktar tard kien ikkonfermat li ndarbet ħafif.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq Telgħet ix-Xemxija. Jidher li l-mara li kienet qed issuq karozza, ħabtet fi tliet karozzi oħra li kienu pparkjati fit-triq u wara nqalbet bil-karozza.

Fuq il-post issejħu wkoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-mara ta’ 38 sena minn Ħ’Attard.