Mara l-isptar wara inċident bil-mutur

Sewwieqa tal-mutur ittieħdet l-isptar wara li llum waranofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ fi Triq Sant’Andrija fis-Swieqi għall-ħabta tas-2.15 ta’ waranofsinhar.
Il-mara, li għandha 38 sena u hi minn Marsaskala, mhix f’kundizzjoni kritika.