Mara l-isptar wara ħabta f’Wied il-Għajn

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta f’Wied il-Għajn. Il-każ seħħ fis-2pm fi Triq Villabate.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u karozza oħra misjuqa minn raġel Indjan ta’ 31 sena resident Ħal Tarxien. Il-mara kienet passiġġiera fil-karozza mal-Indjan.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa. Il-persuni l-oħrajn ma sofrew l-ebda ġrieħi.