Mara l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Mara ta’ 73 sena mis-Siġġiewi ttieħdet l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi fis-Siġġiewi.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi għas-6.20 pm. Il-karozza li fiha l-mara li weġġgħet kienet passiġġiera kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena mis-Siġġiewi wkoll. Il-karozza l-oħra involuta fl-inċident kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Siġġiewi.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.