Mara l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

Ian Noel Pace

Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta fil-Mellieħa, iżda ħelsitha ħafif.

Kien hemm ħabta fil-11am fi Triq Għajn Tuffieħa bejn żewġ karozzi.

Il-mara ta’ 42 sena mill-Mellieħa kienet riekba f’karozza minnhom li kienet misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mill-Mellieħa wkoll. Il-karozza l-oħra kien qed isuqha Niġerjan ta’ 35 sena li joqgħod il-Mosta.