Aġġornata: Mara l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

Ian Noel Pace

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara ħabta fil-Mellieħa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li l-inċident seħħ fil-11.30am fi Triq il-Manikata. Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħal Qormi li miegħu kien hemm mara ta’ 31 sena u tifel ta’ sena, it-tnejn minn Ħal Qormi. Il-mara ttieħdet l-isptar filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.

Intant, il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mir-Rabat li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.