Aġġornata: Mara l-isptar wara ħabta fil-Ħamrun

CMRU

Mara ta’ 34 sena ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.45 pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Il-mara, residenti l-Ħamrun, kienet qed issuq karozza li ħabtet ma’ karozza oħra misjuqa minn Libjan ta’ 70 sena. Ir-raġel ma weġġax f’dan l-inċident iżda l-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.