Mara ta’ 43 sena mill-Mosta ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta ma’ karozza f’Ħal Qormi.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-5.15pm fi Triq Fontanier. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena minn Ħal Qormi.
Il-kundizzjoni tal-mara, li kienet qed issuq vann, għadha mhix magħrufa.