Mara l-isptar wara ħabta f’Ħal Lija

Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Triq il-Mosta f’Ħal Lija.
L-inċident kien jinvolvi ħabta bejn żewġ karozzi li kienu misjuqa minn mara ta’ 51 sena minn B’Kara u tfajla ta’ 21 sena mill-Mosta.
Il-mara ta’ 51 sena ttieħdet l-isptar għal kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.