​Mara l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi

Mara ta’ 69 sena ttieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex ilbieraħ wara ħabta bejn żewġ karozzi.
Il-mara, residenti x-Xewkija, li ġarrbet ġrieħi gravi kienet passiġġiera f’karozza misjuqa minn raġel ta’ 73 sena mill-istess raħal.
Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti l-Għarb.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-08:30pm fi Triq l-Imġarr, Xewkija, Għawdex.
Ambulanza marret fuq il-post biex tieħu lill-mara ta’ 69 sena l-isptar.
Il-Pulizija qalet li l-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
Ritratt: Arkivji