Mara l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi

Malta Road Traffic Updates

Read in English.

Mara ta’ 28 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta bejn tliet karozzi, is-Sibt waranofsinhar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm fi Triq il-Belt Valletta, il-Mosta.

Kelliema għall-Pulizija qalet li fl-inċident kien hemm involuti tliet karozzi. Karozza minnhom kienet misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Venezwela residenti Pembroke, karozza oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena minn Santa Venera u t-tielet karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti n-Naxxar, passiġġiera miegħu kien hemm mara ta’ 28 sena residenti n-Naxxar li ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza. Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija appellaw biex kull min jista’ jevita ż-żona minħabba t-traffiku.