Aġġornata: Bi ġrieħi ħfief il-mara li kienet involuta f’ħabta bejn 5 vetturi

Maltese Roads Traffic Updates

Mara ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta bejn ħames vetturi fil-Marsa, fejn ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi ħfief.

L-inċident ġara għall-ħabta tas-2pm fiż-żona industrijali tal-Marsa bejn erba’ karozzi u vann. Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lill-mara, Qormija ta’ 34 sena, l-isptar għall-kura. Hija ma tinsabx fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-vetturi l-oħra kienu misjuqin minn mara ta’ 35 sena minn Birkirkara, raġel ta’ 40 sena mil-Libja, raġel ta’ 41 sena minn Birkirkara u ieħor ta’ 34 sena minn San Ġwann. Ħadd minn dawn ma weġġa’.

It-triq issa miftuħa wara xi ħin magħluqa għat-traffiku.