Mara bi ġrieħi ħfief wara ħabta bejn 3 karozzi

Aġġornat 06:41 PM
MRTU

Mara qed issofri minn ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’ħabta bejn tliet karozzi.

L-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli fil-karreġġjata direzzjoni lejn l-Imsida hekk kif wieħed jaqbeż id-dwal ta’ traffiku ta’ Paceville fejn seħħ impatt bejn il-karozzi misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Ħal Qormi, sewwieq ta’ 26 sena minn Ħal Lija u sewwieq ieħor ta’ 27 sena ta’ nazzjonalità Sirjana reisdenti l-Ħamrun.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija li għalqu t-triq għal xi ħin u ambulanza li ħadet lil mara l-Isptar għal iktar kura.