Aġġornata: Mara attakkata b’sikkina u ntefgħalha l-aċtu; tweġġa’ gravi

Mara weġġgħet gravi f’argument ma’ raġel fil-Marsa dalgħodu.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta tal-11.15am fi Trejqet Isouard.
Aktar tard il-Pulizija kkonfermat dan l-inċident, meta qalet li l-argument inqala' bejn il-mara ta' 50 sena li toqgħod is-Swieqi u raġel ta' 38 minn Santa Venera.
Waqt l-argument ir-raġel uża arma li taqta' u bil-ponta biex jattakkaha, u anki waddbilha xi likwidu aċiduż.
Ir-raġel ġie arrestat.