Mara gravi wara li ttajret minn karozza fil-Ħamrun

Mara ta’ 41 sena residenti l-Furjana ġarrbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura l-Ħamrun.
Il-Pulizija qalet li l-inċidebnt seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Abela Skolaro, meta l-mara ntlaqtet mill-vettura misjuqa minn raġel ta’ 79 sena li joqgħod Santa Venera.
Il-mara ttieħdet Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata bil-ġrieħi msemmija.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.