Mara l-isptar f’ħabta bejn 2 karozzi

Mara ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun iddaħħlet Mater Dei wara  li kienet involuta f’inċident tat-traffiku aktar kmieni llum.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.
Jidher li l-vettura li l-mara kienet qed issuq ħabtet ma’ vettura oħra misjuqa minn żagħżugħa ta’ 22 sena li qotgħod Birkirkara.
Iż-żagħżugħa ma ġralha xejn, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.