Mara ħatja li daħħlet id-droga fil-ħabs

Jacqueline Depasquale ta’ 47 sena mill-Ħamrun ingħatat is-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija u mmultata €1,200 wara li nstabet ħatja daħħlet id-droga fil-ħabs.
Il-Qorti sabitha ħatja li tat l-alkoħol u d-droga eroina u kannabis lil żewġ priġunieri.
Il-mara nqabdet mid-droga mill-Pulizija u sostniet li l-priġunieri kienu jagħtuha €50 għal kull darba li tatihom id-droga.
Il-Qorti kkunsidrat li għalkemm il-mara ma ammettietx l-akkużi mressqa kontriha, kkoperat mal-Pulizija.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-mara tħallas l-ispejjeż tal-Qorti li jammontaw għal €300 filwaqt li avżat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex il-mara ma tinżammx fl-istess diviżjoni ma’ priġunieri oħra li kienet tagħtihom id-droga.