Mara gravi wara li waqgħet il-baħar

Mara ndarbet gravi wara li wagħet il-baħar kmieni dalgħodu f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fi Triq Isouard fl-4.30am. Ġie spjegat li l-mara ta’ 46 sena mis-Serbja u residenti l-Mellieħa kienet sofriet xi ġrieħi wara li għal xi raġuni waqgħet il-baħar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei.