Mara tweġġa’ gravi wara li waqgħet bil-mutur

Ambulanza
Miguela Xuereb

Mara ta’ 29 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet bil-mutur.

L-inċident ġara kmieni filgħodu fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.

Il-mara li toqgħod il-Gżira ttieħdet l-isptar għall-kura għall-ħabta tat-8am, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.