Mara gravi wara li ttajret f’San Ġiljan

Mara weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-1pm fi Triq Ġorġ Borg Olivier. Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-Distrett u l-ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 21 sena mill-Veneżwela, u li toqgħod San Ġiljan, l-Isptar Mater Dei. Il-mara ttajret minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Gżira.