Mara gravi wara li tintlaqat minn karozza

Mara ta’ 51 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq Lunzjata, il-Ħamrun.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5:30pm.
Il-Pulizija stqarret li l-mara residenti l-Msida, għal xi raġuni, sfat milquta minn vettura misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena li toqgħod Pembroke.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura.