Mara gravi wara li nqalbet bil-mutur f’Birkirkara

Mara nqalbet hi u ssuq il-mutur f’Birkirkara waranofsinhar.

Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan l-inċident għall-ħabta tal-3.45pm. L-inċident ġara fi Triq l-Imdina, fejn mara Pollakka ta’ 47 sena li toqgħod f’Ħaż-Żabbar tilfet il-kontroll tal-mutur tagħha u nqalbet bih.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.