Mara gravi wara li ħabtet ma’ żewġ karozzi pparkjati

Mara ta’ 60 sena soffriet ġrieħi gravi meta baqgħet dieħla ġo żewġ karozzi pparkjati f’drive-in qrib il-parkeġġ ta’ Marsalforn Għawdex.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8pm meta l-mara waqt li kienet dieħla ġo drive-in ta’ garaxxijiet, il-karozza li kienet qed issuq marret lura u ħabtet ma’ żewġ karozzi
pparkjati.

Il-mara li toqgħod iż-Żebbuġ, kellha tittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal kura medika.

Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-isptar. Hija
ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin