Mara gravi wara li daħlet f’arblu f’Ħal Farruġ

Mara ta’ 34 sena tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq u baqgħet dieħla ġo arblu tad-dawl.

L-inċident sar għall-ħabta tal-9:55pm ilbieraħ fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa. Il-mara li hi residenti l-Isla ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li qed tinvestiga l-każ.