Mara tweġġa’ gravi f’inċident f’Tas-Sliema

Mara Pollakka ta’ 51 sena sofriet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am, meta żewġ karozzi ħabtu fit-triq The Strand.
Waħda mill-karozzi, Nissan March, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 27 sena miż-Żurrieq filwaqt li l-vettura l-oħra, Hyundai I30, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 55 sena mill-Imsida.
Jidher li waħda mill-karozzi bl-impatt laqtet lill-mara Pollakka li toqgħod Tas-Sliema.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.