Mara gravi wara inċident b’mutur

aċċident mutur San Ġiljan

Mara li kienet riekba fuq mutur tinsab gravi wara inċident bejn vettura u mutur f’San Ġiljan.

L-inċident ġara għall-ħabta tat-3pm fi Triq Sant’Andrija, fejn issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar, fejn aktar tard, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-mutur kien misjuq minn Portugiż ta’ 29 sena, u l-mara li sfat vittma kienet riekba miegħu. Hija Portugiża wkoll, u għandha 30 sena. Ir-raġel li kien qed isuq il-karozza għandu 55 sena u joqgħod is-Swieqi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.