Mara gravi wara inċident b’mutur fiż-Żurrieq

Mara weġġgħet gravi f’inċident b’mutur li kienet riekba fi Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5 pm. Raġel ta’ 50 sena residenti l-Fgura tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb. Il-mara li weġġgħet kienet riekba miegħu. Hi għandha 49 sena u toqgħod il-Fgura. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar.