Mara gravi wara ħabta fl-Imġarr

CMRU

Mara weġġgħet gravi meta kienet involuta f’ħabta fl-Imġarr.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għas-1.15pm fi Triq Santa Marija.

Jidher li l-ħabta kienet bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Imġarr u mara ta’ 55 sena residenti l-Għargħur.

Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza.