Mara gravi wara ħabta b’mutur f’Birkirkara

Mara ta’ 45 sena residenti r-Rabat qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq Ganu, Birkirkara, xħin il-mara li kienet qed issuq mutur ħabtet ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 29 sena li toqgħod l-Imsida.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieqa tal-mutur l-isptar għall-ewwel għajnuna. Is-sewwieqa tal-karozza ma ġralha xejn.