Mara gravi l-isptar f’ħabta bejn mutur u żewġ vetturi

ambulanza-malta-police-force

Mara ta’ 30 sena li tgħix Santa Venera kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li ġarrbet xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fl-Imtarfa.  

Dan l-inċident ġara illum, għal ħabta tad-8.40am. Il-Pulizija intalbet għall-għajnuna għax kien hemm persuna li weġġgħet. L-inċident seħħ fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-isptar u ġiet iċċertifikata minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija fi stqarrija qalu li jidher li l-inċident seħħ bejn tliet vetturi. Dawn kienu, karozza, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 32 sena li jgħix il-Mosta, vann li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat u mutur li kien qed jinstaq mill-mara.