Mara f’qagħda kritika; kienet qed tgħum ix-Xwejni

Ġermaniża ta’ 28 sena tinsab f’qagħda kritika wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tax-Xwejni f’Marsalforn.
L-inċident seħħ fis-2:15pm. 
Il-Pulizija u ambulanza ssejjħu fuq il-post. Ftit tal-ħin wara l-mara intbagħtet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.