Mara ta’ 80 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura Nissan fi Triq Pinto f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am ta’ dalgħodu fejn issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar.
Aktar tard, il-mara ġiet identifikata li hija residenti Ħal Qormi. Il-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Ħal Qormi wkoll.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.