​Mara fl-ITU wara argument dwar tifel

Mara kellha tittieħed fit-taqsima tal-kura intensiva tal-Isptar Mater Dei (ITU) wara li qalgħet daqqa ta’ injama minħabba argument li qam dwar tifel.
Ilbieraħ fis-Siġġiewi qam argument wara li raġel ta’ 35 sena mar biex jiġbor lit-tifel tiegħu mingħand martu li m’għadhiex tgħix miegħu. Huwa mar wara li martu qaltlu li t-tifel tiegħu ried jarah. Meta mar biex jiġbru mid-dar tan-nanniet tat-tfal, it-tifel ma riedx jitlaq miegħu. Dan wassal għal argument bejn ir-raġel, in-nannu, u z-zija tat-tifel.
Waqt l-argument ir-raġel allegatament waddab injama lejn oħt il-mara tiegħu u b’konsegwenza t’hekk il-mara ġarrbet ġrieħi serji fil-milsa tagħha.
Fil-Qorti, r-raġel wieġeb li ma kienx ħati għall-attentat ta’ qtil, li attakka lin-nannu u li kiser il-paċi pubblika.
L-avukati tar-raġel qalu li hu sofra ġrieħi wkoll meta attakkawh il-membri tal-familja ta' martu.
Il-prosekuzzjoni qalet li dan il-każ beda minħabba nuqqas ta’ ftehim, però qalet li r-raġel kien jaf li ma kienx mixtieq li jżur id-dar tal-familja ta’ martu.
Ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.