Mara fil-periklu tal-mewt wara waqgħa ta’ tliet sulari

police tape

Mara ta’ 53 sena tinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif waqgħet minn tliet sulari għoli. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li kienet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li Germaniża ta’ 53 sena kienet waqgħet minn gallarija li tinsab fit-tielet sular ta’ appartament fi Triq il-Qsajjem, il-Munxar, Għawdex.

Fuq il-post issejħet ambulanza, ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.