Mara fil-periklu tal-mewt wara li żelqet hi u tielgħa fuq bankina

Read in English.

Mara ta’ 39 sena residenti n-Nadur, ittieħdet b’emerġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li żelqet waqt li kienet tielgħa fuq bankina.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur.

Il-Pulizija tad-distrett marru minnufih fuq il-post.

Il-mara ttieħdet l-isptar permezz t’ambulanza u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Brigette Sultana li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.