Mara fil-periklu tal-mewt wara li tajritha karozza fil-Gżira u baqgħet sejra

Miguela Xuereb

Read in English.

Mara tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li tajritha karozza fil-Gżira, li kaxkritha u mbagħad baqgħet sejra.

L-inċident ġara fis-1.15pm fi Triq Rue d’Argens.

Il-mara ta’ 47 sena residenti l-Gżira ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi serji wara li karozza tajritha u baqgħet tkaxkarha mat-triq. Il-karozza mbagħad telqet minn fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli fetħet inkjesta fuq il-każ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.