Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imsida

Ian Noel Pace

Read in English.

Mara qiegħda tissielet għal ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident fl-Imsida.

Stqarrija tal-Pulizija tispjega li l-inċident ġara fis-1pm fi Triq Dun Karm bejn żewġ karozzi.

Il-vittma hija mara ta’ 47 sena minn Marsaskala, li kellha riekba magħha tifla ta’ ħames snin. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn tfajla ta’ 18-il sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar fejn iżjed tard irriżulta li qed issofri minn ġrieħi serji. Iż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat Nadine Lia fetħet inkjesta fuq l-inċident.