Read in English.
Mara ta’ 76 sena residenti s-Swieqi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident fis-Swieqi. F’dan l-inċident ittieħdu l-isptar tliet persuni oħra li ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq Sant’ Andrija. Mill-investigazzjonijiet tal-puliżija rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza, misjuqa minn mara ta’ 30 sena residenti ż-Żurrieq u karozza, misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti l-Pietà.
Mar-raġel, kien hemm ukoll mara ta’ 73 sena residenti ix-Xgħajra u mara ta’ 76 sena residenti s-Swieqi stess. Passiġġier fil-karozza mal-mara kien hemm raġel ta’ 31 sena residenti s-Swieqi.
Tim mediku ssejjaħ fuq il-post fejn assista liż-żewġ xufiera u l-passiġġieri tal-karozza li kienet misjuqa mir-raġel. Huma tieħdu l-isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li ordnat inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
