Mara ta’ 61 sena mill-Mellieħa qed tissielet għal ħajjitha wara li qalgħet daqqiet ta’ martell fil-Mellieħa.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li b’rabta mal-każ qed iżżomm taħt arrest raġel ta’ 61 sena mill-Mellieħa wkoll. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq il-Qasam Barrani, fl-akwati tal-Bajja tal-Prajjiet.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u ambulanza fejn sabu lill-mara mimlija demm. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post u mbagħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei. Hi qalgħet daqqiet ta’ martell f’rasha u f’wiċċha.
Il-Pulizija arrestat raġel fuq il-post. Il-martell li allegatament intuża fil-każ instab mill-Pulizija fuq il-post u ġie elevat bħala parti mill-investigazzjonijiet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ħatret diversi esperti biex jassistuha.