Mara f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fir-Ramla

Aġġornat 05:33 PM

Mara ttieħdet l-isptar wara li ttellgħet mill-baħar fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.

L-inċident seħħ ftit wara s-1.30pm ta’ waranofsinhar meta sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li ġrat xi ħaġa serja għaliex instema’ l-għajjat.

Hija kienet qed tgħum fil-bajja Għawdxija meta sabet ruħha f’diffikultà. F’qasir żmien hija ttellgħet max-xtajta mill-membri tal-ERRC li tawha l-Ewwel Għajnuna sakemm wasal tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Il-mara kienet issofri minn kundizzjoni medika. Hija tinsab f’kundizzjoni stabbli.