Mara f’ġirja kontra l-ħin biex issalva l-klieb

Annie Hart, li taħdem favur id-drittijiet tal-annimali fl-Istati Uniti, kienet involuta f’ħidma ta’ salvataġġ fejn involviet lil żewġha u l-ikbar ħabiba tagħha.

F’xeni deskritti bħala mill-films ta’ Hollywood, Hart rat raġel li poġġa xi ġriewi f’kontenitur issiġillat mingħajr arja u marret fuqu tgħid biex jagħtihomla.

Minflok ir-raġel daħal f’argument magħha u baqa’ sejjer għal għonq it-triq sakemm rikeb karozza tal-linja.

Annie Hart kienet pronta iċċempel lil żewġha u l-ħabiba tagħha biex jitilqu bil-karozza wara l-karozza tal-linja.

Wara ġirja sfrenata fit-toroq, Hart irnexxilha twaqqaf il-karozza tal-linja, tidħol u tieħu l-ġriewi mingħand ir-raġel.

B’hekk salvathom mill-mewt. 

Illum jinsabu għall-kura fl-istitut għall-kura tal-annimali Bill Foundation.